Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt
Niċċelebraw l-Ewropa! - Il-50 Anniversarju tat-Trattat ta' Rumaqbiż tal-bar għall-għażla tal-lingwa (key għall-iqsar rotta=2) 01/02/2008
EUROPA > Il-50 anniversarju > L-Aħbarijiet u l-Midja > Artiklu

Jum l-Ewropa – Festa doppja hekk kif l-UE tagħlaq 50 sena

Jum l-Ewropa – Festa doppja hekk kif l-UE tagħlaq 50 sena
Niċċelebraw Jum l-Ewropa (inizjattiva: Jum l-Ewropa fl-iskejjel – immorru fil-lokal. Nilħqu ż-żgħażagħ)

03/05/07

Iċ-ċelebrazzjoni tad-9 ta' Mejju tikkommemora d-Dikjarazzjoni ta' Schuman li saret fid-9 ta' Mejju 1950, l-ewwel pass lejn 50 sena ta' kooperazzjoni Ewropea.

F'appell pubbliku fid-9 ta' Mejju 1950, il-Ministru Franċiż għall-affarijiet barranin Robert Schuman English (en) stieden lill-pajjiżi Ewropej, imdamdmin bil-gwerra, biex joħolqu awtorità komuni biex tmexxi l-produzzjoni tal-faħam u l-azzar. Dan ħejja t-triq għal kooperazzjoni Ewropea English (en) aktar miftuħa. Seba' snin wara, fil-25 ta' Marzu 1957, il-ħolma tiegħu saret realtà meta l-mexxejja ta' sitt pajjiżi inġabru f'Ruma biex jiffirmaw it-trattat fundatur tal-Komunitajiet Ewropej oriġinali.

Hekk kif l-UE tonfoħ fuq 50 xema, Jum l-Ewropa English (en) għandu xi ħaġa aktar x'jiċċelebra din is-sena.

Id-9 ta' Mejju huwa jum importanti fil-kalendarji skolastiċi madwar l-Ewropa. Imma din is-sena se naraw ukoll MEPs u offiċjali mill-UE u bosta Għaqdiet Mhux Governattivi iżuru l-iskejjel English (en)español (es)Français (fr)italiano (it)  biex jiddiskutu ma' l-istudenti dwar l-għajnuna ta' l-UE u l-ħidma ta' l-iżvilupp fid-dinja esterna. Jum ir-Rebbiegħa għall-Ewropa ta' din is-sena, ukoll ser jiffoka fuq Jum l-Ewropa, bl-iskejjel li jaqsmu stampi u rapporti fuq is-sit dwar l-avvenimenti li organizzaw huma biex jimmarkaw l-okkażjoni ta' "Jum ir-Rebbiegħa".

F'Jum l-Ewropa nnifsu, il-kontinent se jinxtegħel b'festival ta' mużika u lwien. Se jkun hemm kunċerti fil-Lussemburgu Français (fr) , Barċellona English (en) español (es) , Tallinn u bosta bliet Ewropej oħra. Fl-Awstrija Deutsch (de) English (en) , il-Vienna State Opera se tinxtegħel b'mod speċjali sa nofs il-lejl bit-tema "Flimkien mill-1957-50 sena ta' Unjoni Ewropea". Filwaqt li fis-Slovenja dgħajsa mgeżwra bl-ilwien tal-logo ta' l-anniversarju se tgħaddi miċ-ċentru ta' Ljubljana tul ix-xmara Ljubljanika.

Aktar avvenimenti f'Mejju

Avviż legali | Dwar EUROPA | Fittex | Kuntatt | It-tarf ta’ fuq tal-paġna